Ralph Hasenhuttl iwiegħed akkwisti siewja

Il-coach ta’ Southampton, Ralph Hasenhuttl, wiegħed lill-partitarji akkaniti tal-club li se jkun qed jinforma lid-diriġenti tiegħu biex jakkwistaw  players ta’ kalibru fit-tentattiv li jsaħħaħ lit-tim tiegħu. 

Wieħed minn dawn il-players jidher li hu d-difensur ta’ Real Valladolid, Mohammed Salisu. Huwa għandu 21 sena u hu prodott tal-akkademja tal-istess club mill-Primera Liga Spanjola. Wara li lagħab mat-tim tar-Reserves, huwa ngħata l-promozzjoni fit-tim tal-kbar matul l-istaġun li għadda fejn lagħab 29 partita u skorja goal wieħed biss.

Hasenhuttl qal li apparti Salisu hemm diversi ismijiet ta’ players li qed jistudja u li mistenni jħabbarhom fil-jiem li ġejjin.

 Matul dan l-istaġun Southampton jinsabu fit-12-il post tal-klassifika meta kisbu 46 punt minn 36 partita.

Share With: