Ramona Attard titfa’ n-nomina għal President tal-PL

Fil-ħin li għadda Ramona Attard tefgħet in-nomina tagħha għall-kariga ta’ President tal-Partit Laburista.

F’kumment fuq il-midja soċjali l-eks-ġurnalista tal-midja tal-Partit Laburista qalet li tinsab kburija li l-Prim Ministru Robert Abela appella għall-parteċipazzjoni aktar wiesgħa tan-nies fit-tmexxija tal-Partit Laburista.

Attard kienet tifforma wkoll parti mit-tim ta’ komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Filwaqt li rringrazzjat li pproponew u ssekondaw in-nomina tagħha, Attard saħqet li tħares ’il quddiem biex taħdem id f’id mal-voluntiera, il-ħaddiema, il-membri u l-attivisti tal-Partit Laburista biex il-PL ikompli jiġġedded u jibqa’ jagħmel il-ġid fil-ħajjiet tal-Maltin u l-Għawdxin.

Share With: