Raul Jimenez kuntent ma’ Wolves

L-attakkant ta’ Wolverhampton Wanderers Raul Jimenez qal li jinsab ferm kuntent ma’ dan it-team. Dan kollu kien qed jgħidu wara li hemm spekulazzzjoni li Manchester United qed jirsistu għall-firma tiegħu.

Il-player ta’ 29 sena kellu staġun mill-aqwa ma’ Wolves meta skorja xejn inqas minn 24 goal f’47 partita.

Jimenez tenna li jinsab kuntent f’Molineux Stadium, il-post fejn wasal lura għas-sena 2018 mingħand Benfica.

Jimenez kien qed jitkellem fuq is-sit uffiċjali tal-club fejn faħħar id-diriġenza tal-club għalkemm naqas milli jikkonferma jekk hux se jkun magħhom matul l-istaġun li ġej.

Jimenez għen lil Wolves jitilgħu fis-sitt post tal-klassifika tal-kampjonat Premier Ingliż fejn bil-wirjiet li qed jagħti qed ikun ta’ theddida għal kull difiża avversarja.

Share With: