Rebħa mistħoqqa għal Josef Bonavia fit-tieni tellieqa tal-Go & Fun BSJ Sprint Triathlon Series

It-tieni tellieqa tal-Go & Fun BSJ Sprint Triathlon Series saret f’kundizzjonijiet pjuttust sħan nhar il-Ħadd filgħodu fit-Triq tal-Kosta tas-Salini. Bħal fl-ewwel tellieqa li saret il-ġimgħa li għaddiet kien hemm parteċipazzjoni sostanzjali.

L-għawma ta ‘750 m seħħet f’ilmijiet relattivament kalmi. Kif kien mistenni l-ewwel barra mill-ilma kien Bernard Sant, li tejjeb il-ħin fuq il-ġimgħa l-oħra. Huwa kien segwit minn Shaun Galea, Hannah Cutajar u Malcolm Vassallo – l-aħħar tnejn ukoll irreġistraw ħinijiet sostanzjalment aħjar minn dawk tal-ġimgħa ta ‘qabel.

Sakemm bdiet it-taqsima tar-rota, wieħed kien qed jistenna li t-tlett atleti li ffurmaw il-podju tal-ġimgħa li għaddiet kienu ser jerġgħu jieħdu posthom. Mhux mistenni kien it-tnaqqis fil-pass ta’ Galea, li ssoltu jkun min ta quddiem f’din it-taqsima.  Sadanittant,  Josef Bonavia u Joseph Galea – li kisbu it-tielet u l-ħames post rispettivament fit-tellieqa preċendenti, rreġistraw l-aħjar ħinijiet f’din it-taqsima. Dan ir-ritmu wera li  kienet se tkun tellieqa interessanti hekk kif telqu fuq il-ġirja ta’ ħames kilometri. Sant tefa pass determinat f’tentattiv biex iżomm id-distakk miksub mill-għawma. Madankollu, Bonavia u Galea baqgħu jagħfsu fuqu.  Kif Bonavia wasal f’nofs it-taqsima tal-ġirja għadda lil Sant.  Bil-possibbiltà ta’ l-ewwel rebħa, Bonavia żamm il-pass determinat u ffokat sabiex kiseb ir-rebħa mistħoqqa f’siegħa 2 minuti u 42 sekonda – titjib ta’ ħamsin sekonda fuq il-ġimgħa ta ‘qabel. Warajhom il-battalja ma ntemmitx. Izda fl-aħħar kien JosephGalea li għeleb lil-Sant għat-tieni post, b’Sant spiċċa tlieta u għoxrin sekonda warajh.

Fit-tellieqa tan-nisa, Hannah Cutajar kienet l-ewwel mara barra mill-ilma. Sebgħa u għoxrin sekonda warajha kien hemm Danica Bonello Spiteri, li wkoll irreġistrat titjib minimu mill-ġimgħa l-oħra. Cutajar kompliet bit-tmexxija fi-taqsima tar-rota, madankollu Bonello Spiteri għaddiet lil Cutajar fit-tieni dawra. Bonello Spiteri żammet il-vantaġġ tagħha anke fit-taqsima tal-ġirja biex tirreġistra t-tieni rebħa konsekuttiva tagħha tas-serje. Hi tejbet il-ħin tagħha bi tlieta u tletin sekonda.  Il-battalja għat-tielet post kienet miftuħa minħabba li Lara Buttigieg, li kisbet dan il-post fl-ewwel tellieqa ma ħaditx sehem minħabba li tinsab mweġġa. Il-veterana Suzanne Farrugia kella prestazzjoni tajba fit-taqsima tar-rota, tant li rreġistrat it-tielet l-aħjar ħin f’din it-taqsima. Madanakollu, kienet Anjelika Ruggier li kisbet it-tielet post tal-ġurnata.

Il-President tal-,Malta Triathlon Federation,  John Vella pprezenta il-medalji lir-rebbieħa fi tmiem it-tellieqa.

It-tielet tellieqa tal-Go & Fun BSJ Sprint Triathlon Series ser issir nhar il-Ħadd, 6 ta’ Settembru f’Triq il-Kosta, is-Salina.

Go & Fun BSJ Sprint Triathlon Series Rizultati – It-Tieni Tellieqa

 IrġielNisa
L-ewwelJosef Bonavia (1:02:42)Danica Bonello Spiteri (1:06:07)
It-TieniJoseph Galea (1:03:05)Hannah Cutajar (1:07:29)
It-TieletBernard Sant (1:03:28)Anjelika Ruggier (1:21:36)
Share With: