Roberto De Zerbi – Il-players għajjenin

Il-coach ta’ Sassuolo, Roberto de Zerbi, qal li qed iħoss li fil-players tiegħu teżisti għejja kbira speċjalment wara l-kalendarju mimli tas-serie A Taljana.

De Zerbi kien qed jitkellem qabel il-logħba li n-Neroverdi għandhom kontra Lazio nhar is-Sibt fil-għaxija.

Sassuolo għaddejjin minn forma mill-aqwa wara tliet rebħiet konsekuttivi tant li dawn il-punti tellgħuhom fit-tmien post tal-klassifika.

Minkejja kollox, il-coach ta’ 41 sena qal li dawn il-logħbiet kollha fi żmien daqshekk qasir qed ikollhom impatt fuq il-players li jridu jagħtu sforz aktar bis-sħana li xejn m’hi tgħin f’dan ir-rigward.

De Zerbi ilu jmexxi lil dan it-team sa mit-13 ta’ Ġunju 2018 u t-tattika tiegħu tidher li rnexxiet hekk kif it-tmexxija ħallietu jaħdem bil-kwiet.

Share With: