Roberto De Zerbi se jibqa’ ma’ Sassuolo

Il-kap eżekuttiv ta’ Sassuolo, Giovanni Carnevali, qal li l-coach Roberto de Zerbi se jibqa’ fit-tmun tat-team li jilgħab fil-Mapei Stadium anke jekk tasal xi offerta attraenti għalih. L-istess Carnevali qal li l-attakkant tagħhom Domenico Berardi jrid ikun is-simbolu tal-club fis-snin li ġejjin u jixtiequ jibqa’ jifforma parti mill-iskwadra tagħhom.

Carnevali faħħar il-kwalitajiet ta’ De Zerbi u Berardi li fir-rwoli li għandhom qed jgħinu sabiex i Neroverdi jkomplu telgħin ‘il fuq fil-klassifika.

Carnevali qal li Sassuolo bil-mod il-mod qed jistabilixxu ruħhom fl-ogħla diviżjoni Taljana u dan minbarra li hu pożittiv, huwa wkoll pass ‘il quddiem fil-profil tagħhom.

Sassuolo jinsabu fit-tmien post tal-klassifika meta kisbu 48 punt minn 34 logħba.

Share With: