Robin Olsen u Patrik Schick lura ma’ Roma

Il-goalkeeper internazzjonali Svediż, Robin Olsen, u l-iskorer prolifiku Ċek, Patrik Schick, rritornaw  ma’ AS Roma wara l-perjodu ta’ self li kellhom ma’ Cagliari u RB Leipzig rispettivament. Hekk kif għadda t-30 ta’ Ġunju, il-players reġgħu rritornaw mal-club oriġinali tagħhom wara li ma ntlaħaqx ftehim biex jiġi mġedded il-perjodu ta’ self.
Wieħed irid jara jekk il-coach ta’ Roma, Paulo Fonseca, hux beħsiebu jużahom jew inkella sempliċement jieħdu sehem fis-sessjonijiet ta’ taħriġ.

Peress li l-kampjonati ewlenin Ewropej għadhom għaddejjin minħabba l-pandemija tal-Covid-19, il-clubs kellhom l-għażla li jkollhom estensjoni fis-self jew inkella dan il-ftehim jiskadi fit-30 ta’ Ġunju li għadda.

Share With: