Roma jridu jġeddu l-kuntratt ta’ Nicolo Zaniolo u Lorenzo Pellegrini

Roma għandhom l-intenzjoni li jġeddu l-kuntratt ta’ żewġ players żgħażagħ li dan l-aħħar għamlu d-differenza kollha fit-team tagħhom. Dawn huma Nicolo Zaniolo u Lorenzo Pellegrini fejn hemm jistennihom kuntratt li jagħtihom iċ-ċans li jaqilgħu €3 miljun kull wieħed. 

Minkejja li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-club mhux xi waħda tajba, l-ogħla diriġenti tal-club huma tal-fehma li dawn iż-żewġ players jirrappreżentaw il-futur tat-team.

Kemm Pellegrini kif ukoll Zaniolo ġew avviċinati minn Inter u Juventus iżda Roma mistennija jżommu sod sabiex jevitaw li jitilfu lil dawn iż-żewġ talenti.

Share With: