Ross Barkley jitkellem dwar l-aħħar parti tal-istaġun

Il-midfielder offensiv ta’ Chelsea Ross Barkley kien ferm kuntent wara r-rebħa minima iżda prezzjuża ta’ 1-0 li kellhom kontra Leicester City fil-kwarti tal-finali tal-FA Cup.

Din kienet rebħa oħra imporanti għat-team immexxi minn Frank Lampard li issa tpoġġihom fis-semi-finali ta’ din il-kompetizzjoni fejn jiltaqgħu kontra Manchester United.

Barkley sostna li t-team tiegħu ma lagħabx dik il-logħba li xtaq il-coach tagħhom u batew xi ftit kontra l-Foxes li kienu konsistenti meta bdew itellgħu l-kontrattakki.

Barkley ammetta li bħala attakkanti jridu jkunu aktar preċiżi quddiem il-lasti avversarji għax f’dan il-livell ta’ football, l-avversarji kapaċi jikkastigawk.

Share With: