Seba’ każi ġodda … Il-każi attivi jitilgħu għal 34

Fl-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna rriżulta li fl-aħħar 24 siegħa kien hemm seba’ każi ġodda.

Minn fost 1353 swab test li saru kien hemm seba’ każi li kollha kienu juru s-sintomi relatati mal-virus. Kien hemm żewġ każi li huma impurtati u każ ieħor relatat mal-cluster tal-Ġimgħa li għaddiet.

B’hekk issa l-każi attivi telgħu għal 34 każ.

OFFICIAL COVID-19 figures for 28•07•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta

Posted by saħħa on Tuesday, July 28, 2020

Share With: