Shola Haruna Shodiay jingħaqad ma’ Hibernians

L-attakkant Niġerjan ta’ 29 sena Shola Haruna Shodiya ingħaqad ma’ Hibernians. Dan il-player mhuwiex wiċċ ġdid għall-football Malti hekk kif inġieb f’pajjiżna minn Birkirkara fl-2011 biex wara ingħaqad ma’ Sliema Wanderers.

Fiż-żmien tiegħu mal-Istripes, huwa kien wieħed mill-aqwa attakkanti f’pajjiżna magħruf l-aktar għall-veloċitá tiegħu.

Shola Shodiya li fl-aħħar snin lagħab barra minn xtutna ngħaqad mal-Pawlisti għat-taħriġ tal-pre-season bl-intervent tal-kompatrijott Niġerjan Ndubisi Chukunyere, u lagħab it-tliet logħbiet ta’ ħbiberija kollha li fihom kienu nvoluti Hibernians.

Huwa ħalla mpressjoni ferm tajba u pperswada lill-coach Taljan tat-team minn Raħal Ġdid, Stefano Sanderra, biex jakkwista s-servizzi tiegħu.

Share With: