Sitt iġriewi abbandunati għal mejtin f’kaxxa fix-xemx

Sitt iġriewi ttieħdu kważi bla ħajja għand is-santwarju AAA wara li nstabu mormija f’kaxxa fil-qilla tax-xemx.

Kienu żewġt irġiel b’qalbhom tajba li ċemplu għall-għajnuna li salvaw lill-klieb mill-mewt. Minkejja li l-voluntiera ma setgħux jiġbruhom, b’xorti tajba dawn iż-żewġt irġiel għamlu mezz li jwasslu l-ġriewi huma stess fis-santwarju fejn ġew mogħtija l-aħjar attenzjoni.

Is-santwarju kkundanna din l-imġiba li kienet se twassal għall-mewt ta’ dawn il-ġriewi u fakkret li li kieku dak li kien resaq biex jitlob l-għajnuna kienu joffrulu l-jsewwulu l-pets li hemm bżonn bla ħlas.

Is-santwarju appella għall-għajnuna u min jixtieq jgħati donazzjoni jista’ jgħin billi jibgħat donazzjoni fuq Paypal: Info@aaamalta.com jew jibgħat SMS fuq;

50617350 €2.33
50618060 €4.66
50618910 €6.99
50619200 €11.66 jew bir-revolut fuq in-numru 79730921

Share With: