Skolasajf miftuħa normali, minkejja kummenti fuq il-midja soċjali li jindikaw il-kontra

Minkejja kummenti fuq il-midja soċjali li kienu jgħidu li Skolasajf ta’ Ħal Luqa ngħalqet kaġun ta’ każi ta’ coronavirus, sors viċin il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal lil Inewsmalta li dan ma kienx il-każ.

Filwaqt li jumejn ilu kien ġie rrapportat każ ta’ LSE mill-iskola ta’ Ħal Luqa li rriżultat pożittiva għall-Covid-19, ilbieraħ f’kummenti li ppubblikat fuq il-midja soċjali l-Unjin tal-Edukaturi Professjonali (UPE) qalet li kienet ġiet informata li kien hemm ħaddiem ieħor fl-iskola li kien irriżulta pożittiv għall-Covid-19 wara swab tests li saru.

Fir-rigward ta’ dan ma nħarġet l-ebda stqarrija uffiċjali.

Share With: