Sparar: Bozhidar Vasilev Dimitrov jirbaħ il-kompetizzjoni ‘Magru Gun Shop Skeet’

Bozhidar Vasilev Dimitrov kien ir-rebbieħ overall tal-kompetizzjoni Skeet li kienet sponsorjata minn Magru Gun Shop. Dan l-avveniment ġie ospitat fir-ranges nazzjonali tal-isparar f’Ta’ Kandja.

Flimkien ma’ Dimitrov fuq il-podju kienu Marlon Attard li temm fit-tieni post u Liam Sciberras li spiċċa fit-tielet post overall.

Is-sitt finalisti skond l-iskors ta’ kwalifikazzjoni kienu Marcello Attard bi skor ta’ 46/50, Bozhidar Vasilev Dimitrov b’punteġġ ta’ 44/50+8, Belinio Attard li kiseb 44/50+7, Marlon Attard li spara 41/50, Liam Sciberras bi skor ta’ 40/50 u Joe Muscat bi skor ta’ 39/50.

Ir-riżultati uffiċjali overall kienu dawn:

1. Bozhidar Vasilev Dimitrov 18/20 + 8/10 + 6/10 + 9/10 + 9/10, skor totali 50/60

2. Marlon Attard 14/20 + 9/10 + 7/40 + 10/10 + 8/10, skor totali 48/60

3. Liam Sciberras 15/20 + 8/10 + 7/10 + 6/10, skor totali 36/50

4. Marcello Attard 12/20 + 8/10 + 8/10, skor totali 28/40

5. Joe Muscat 13/20 + 6/10, skor totali 19/30

6. Belinio Attard 11/20, skor totali 11/20

L-aqwa tiraturi fil-klassijiet rispettivi tagħhom ikkonkludew iż-żewġ rounds ta’ kwalifikazzjoni tagħhom b’dawn l-iskors:

Klassi A

1. Marcello Attard 46/50

2. Bozhidar Vasilev Dimitrov 44/50 (Countback Rule)

3. Belinio Attard 44/50

Klassi B

1. Liam Sciberras 40/50

2. Joe Muscat 39/50

3. Matthias Azzopardi 35/50

Il-Programm tal-MSSF Skeet ikompli nhar is-Sibt l-1 u l-Ħadd 2 ta’ Awwissu 2020 bir-raba’ Selection Shoot.

Share With: