Ċans li jidħlu l-ispettaturi fi Franza?
Il-kunsill tal-istat Franċiż f’laqgħa li kellu, stabilixxa li għalissa jħalli restrizzjoni li jkun hemm inqas minn 5,000 ruħ miġburin flimkien waqt xi attivitá.
Fl-aħħar ta’ dan ix-xahar mistennija jsiru żewġ finali importanti fi Franza fosthom dik tat-Tazza Franċiża u l-League Cup.
Sadanittant il-federazzjoni tal-football Franċiża qed taħsibha li ddaħħal xi spettaturi għal dawn iż-żewġ logħbiet bil-limitu jkun dak ta’ inqas minn 5,000 spettatur.
Il-ħsieb huwa għalhekk li ground bħal Stade De France jimtela bi 30 fil-mija tal-kapaċitá tiegħu.
Il-kampjonat Franċiż intemm ħesrem wara l-pandemija tal-COVID-19 b’Paris St Germain jiġu dikjarati champions.