Splużjoni u nirien jaħkmu lil faċilità nukleari fl-Iran

Splużjoni u nirien ħakmu lil impjant ta’ produzzjoni ta’ ċentrifugi li jinsab fuq l-faċilità ta’ tisħiħ nukleari ta’ Natanz – liema faċilità tinsab taħt l-art.

L-Organizzazzjoni għall-Enerġija Atomika tal-Iran ppruvat tnaqqas it-tħassib dwar il-każ, u ddeskriviet in-nirien qawwijin bħala “inċident” li effettwa biss lil binja industrijali li għadha taħt kostruzzjoni.

Intant kemm kemm il-kelliemi għall-Gvern Iranjan, Behrouz Kamalvandi, u kif ukoll il-kap tan-nuklear Iranjan Ali Akbar Salehi marru immedjatament fuq is-sit ta’ Natanz, li preċedentement kien sfat fil-mira ta’ attakk ċibernetiku u li kienet inbniet taħt l-art biex ma tkunx tista’ tintlaħaq minn attakki mill-ajru.

Filwaqt li ma offriet l-ebda spjegazzjoni x’seta’ wassal għall-inċident, l-aġenzija tal-aħbarijiet statali IRNA ppubblikat kummentarju li jindika lil-faċilità setgħet kienet fil-mira ta’ sabutaġġ minn pajjiżi għedewwa bħall-Iżrael u l-Istati Uniti.

Share With: