Stefan Radu jilgħab it-300 logħba ma’ Lazio

Id-difensur ta’ Lazio, Stefan Radu, ġie ppremjat jumejn ilu qabel il-logħba li ntlagħbet fl-Olimpico ta’ Ruma bejn il-Biancocelesti u AC Milan b’dawn tal-aħħar jirbħu bl-iskor ta’ 3-0.

Radu kien qed jilgħab it-300 logħba fis-Serie A u t-364 logħba f’kull kompetizzjoni mat-team mill-belt kapitali Taljana.

Il-player mir-Rumanija laħaq lill-ex difensur ta’ Lazio, Paolo Negro, filwaqt li issa se jipprova jilħaq players oħra li l-aktar libsu dan il-flokk fosthom Pino Wilson (394 dehra) u Giuseppe Favalli (401 dehra)

Radu ilu ma’ Lazio sa mis-sena 2008 fejn kien ingħaqad magħhom mingħand Dinamo Bucharest. Huwa skorja ħames goals magħhom filwaqt li huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-iktar difensuri esperti fl-ogħla kampjonat Taljan.

Share With: