Steve Bruce: Allan Saint Maximin se jibqa’ ma’ Newcastle

Il-coach ta’ Newcastle, Steve Bruce, eskluda l-fatt li l-winger Franċiż Allan Saint-Maximin jista’ qatt iħalli lill-club. Minkejja l-interess ta’ diversi clubs Franċiżi, Taljani u Ingliżi, Bruce qal li l-player ta’ 23 sena huwa parti importanti għat-team tiegħu u jqisu bħala wieħed mill-akkwisti importanti li għamel matul l-istaġun li għadda.

Saint Maximin lagħab 21 logħba mal-Magpies u skorja tliet goals. Dan il-player qed jiġi kkunsidrat sew mill-coach tat-team nazzjonali Franċiż, Didier Deschamps, għalkemm s’issa qatt ma ddebutta mat-team tal-kbar.

Fl-istess waqt Bruce ikkonferma li qed isiru tentattivi biex il-midfielder Ingliż, Matty Longstaff, iġedded il-perjodu ta’ self li għandu minn mal-club Taljan Udinese.

Share With: