Steve Camilleri se jkompi l-karriera fl-Italja … iżda ma’ club differenti

Il-captain tat-team nazzjonali, Stevie Camilleri, se jkompli l-karriera tiegħu fl-Italja iżda ma’ club differnti hekk kif sar magħruf li huwa se jkun qed jingħaqad ma’ Muri Antichi fil-kampjonat Taljan A2. Dawn tal-aħħar, fl-istaġun li għadda, spiċċaw fid-disa’ post fil-kampjonat Taljan A2 fir-reġjun tan-nofsinhar. Huwa kien ilu ma’ Roma minn Settembru tal-2017 u lagħab ukoll mal-klabb fil-kampjonat A2.

F’dak l-istaġun, Camilleri, meqjus minn bosta bħala wieħed mill-aqwa players ta’ kull żmien fil-waterpolo loklai, kellu staġun mill-aqwa fejn spiċċa l-aqwa skorer tal-kampjonat b’66 goal fi 22 partita, b’Roma jiksbu l-promozzjoni mat-tielet tentattiv tagħhom. Fl-istaġun 2018/19, Camilleri kien is-sitt l-aqwa skorer fil-kamponat A1 u reġa’ kien l-aqwa skorer ta’ Roma bi 53 goal, b’Roma jispiċċaw fis-sitt post minn 14-il team.

Sakemm waqaf il-kampjonat fl-istaġun li għadda minħabba l-pandemija tal-coronavirus, Stevie Camilleri kien l-aqwa skorer tal-kampjonat b’47 goal filwaqt li Roma kienu f’nofs il-klassifika. Fil-karriera tiegħu, Stevie Camilleri lagħab ukoll ma’ Partizan Belgrade, Sette Scogli, Bogliasco u Ortigia u ma’ Neptunes f’pajjiżna.

Camilleri se jilgħab fil-kampjonat tas-sajf ma’ Neptunes, fejn huwa l-captain, bit-team mill-Balluta se jkun qed ifittex li jiddefendi t-titlu. Magħhom huwa rebaħ kull unur possibbli fosthom il-kampjonat tas-sajf 10 darbiet, sitt darbiet il-Kampjonat tax-Xitwa, sitt darbiet in-knock-out u tmien darbiet it-Tazza tal-President.

Share With: