Suso ma’ Sevilla għal kollox?

Sevilla huma lesti li jħallsu s-somma ta’ €24 miljun lil Milan sabiex jiksbu lil Suso għal kollox. Dan kollu qed iseħħ wara li t-team min-naħa t’isfel ta’ Spanja kiseb post fl-edizzjoni tas-sena d-dieħla tal-UEFA Champions League.

Suso ingħaqad ma’ Sevilla fuq bażi ta’ self f’Jannar li għadda bil-patt li jekk jikkwalifikaw għal din l-ogħla kompetizzjoni Ewropea, huwa jkun jista’ jagħmel dan it-trasferiment permanenti.

It-team li jilgħab f’Estadio Ramon Sanchez Pizjuan issiġġilla dan il-verdett wara rebħa ta’ 2-1 fil-bidu ta’ din il-ġimgħa kontra Villareal.

Sadanittant Suso jidher li qagħad sew għall-pjani tattiċi tal-coach, Julen Lopetegui, fejn skorja goal u wettaq żewġ assists fit-18-il dehra li kellu mal-club.

Share With: