Taljan isofri ġrieħi gravi f’ħabta bejn mutur u karozza f’Bormla

Sewwieq ta’ mutur Taljan ta’ 43 sena residenti l-Gżira sofra ġrieħi kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza f’Bormla.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30 a.m. fi Triq Għajn Dwieli. Jirriżulta li l-ħabta kienet tinvolvi lil vettura tat-għamla kia Ceres li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 52 sena residenti l-Marsa, u l-mutur tal-għamla Kymco li qed jinstaq mit-Taljan.

tim mediku issejjaħ fuq il-post biex jagħti l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur, li aktar tard ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn sussegwentement kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Share With: