Tanguy Ndombele jiddiżappunta ma’ Tottenham

Misteru kbir. Hekk qed jissejjaħ l-akkwist li għamlu Tottenham Hotspur ftit tax-xhur ilu Tanguy Ndombele. Dan il-player kien ippreżentat bi stennija kbira matul is-sajf li għadda iżda aktar m’għadda ż-żmien, aktar beda jiddiżappunta fil-logħob tiegħu. S’issa hu lagħab 20 logħba ma’ Spurs u skorja biss żewġ goals matul dan iż-żmien kollu.
Il-player ta’ 23 sena ftit qed jingħata ċans jilgħab mill-coach, Jose Mourinho, u dan kollu jista’ jwassal sabiex fl-aħħar ta’ dan l-istaġun ifittex avventura ġdida. Aktar minn hekk,  Ndombele u Mourinho ftit jaraw għajn m’għajn u għaldaqstant jidher li l-istess Ndombele mhux se jibqa’ jilgħab fit-Totteham Stadium.

Share With: