Tfajla ssofri ġrieħi gravi wara ħabta bejn mutur u vettura f’Birkirkara

Tfajla ta’ 19-il sena sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.15 a.m. fi Triq Sir Anthiny Mamo.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li l-ħabta kienet tinvolvi vettura tat-tip Isuzu li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 44 sena residenti San Ġwann, u mutur tal-għamla Benelli li kien qed jinstaq mit-tfajla.

Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li kienet qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjn.

Share With: