Tfajla tammetti li serqet ċurkett minn uffiċċju tal-Gvern

Maġistrat poġġiet tfajla ta’ 23 sena taħt probation għal tliet snin wara li din ammettiet li serqet ċurkett tad-deheb minn uffiċċju tal-Gvern.

Maxine Micallef ammettiet li fid-9 ta’ Ottubru 2018 serqet iċ-ċurkett ta’ Charmaine Busato mill-uffiċċju tad-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI) li jinsab f’Misraħ Kastilja fil-Belt.

Micallef ammettiet bil-Maġistrat Simon Grech qieset fost oħrajn li ċ-ċurkett ta’ €390 ġie irritornat lil sidu.

Il-Maġistrat Grech orndatilha li ssegwi ordni ta’ trattament biex tindirizza l-problema tad-droga.

Share With: