Tfajla turi apprezzament għar-rebħ ta’ scholarship fil-mużika

Gabrielle Sargent riċentement iggradwat b’First Class Honours Degree minn Ian Tomlin School of Music, Edinburgh Napier University. Gabrielle għandha l-unur tgħid li hi studenta tal-BOV Joseph Calleja Foundation u tieħu din l-okkażjoni biex tirringrazzja l-Fondazzjoni tas-sapport kontinwu li ngħatat. 

Sargent tinsab grata wkoll għas-sapport personali, li sabet kemm minn Joseph Calleja nnifsu kif ukoll mill-Fondazzjoni, mhux biss għax rebħet dan l-ischolarship imma wkoll għax kellha opportunitajiet li turi t-talenti tagħha quddiem udjenzi magħżula waqt attivitajiet għall-karità. 

Gabrielle tapprezza wkoll l-għajnuna taʼ Janatha Stubbs Foundation, Ian Tomlin Scholarship, Malta Arts Scholarship u l-Lions Club Malta. 

Hi sinċerament tapprezza l-għajnuna tagħhom u tistqarr li mingħajr l-appoġġ u l-għajnuna taʼ dawn l-entitajiet,  il-ħolma tagħha ma setgħetx issir realtà. 

Gabrielle se tkompli bl-istudji tagħha għall-Masters fil-Mużika fil-Konservatorju Royal Northern College of Music fʼManchester.

Share With: