Tifla ta’ 12-il sena tindarab f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar

Tifla ta’ 12-il sena kellha tittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-12:15 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Margaret A.Murrat fin-Naxxar.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Honda, misjuq minn raġel ta’ 44 sena residenti l-Gharghur u karozza tal-għamla Citroen misjuqa minn raġel ta’ 45 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Mas-sewwieq tal-mutur kien hemm tifla ta’ 12-il sena passiġiera, li sofriet xi ġrieħi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lit-tifla l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

Share With: