Titħabbar il-mewt ta’ Jack Charlton

Il-football Britanniku jinsab f’luttu meta tħabbret il-mewt tal-leġġendarju, Jack Charlton, fl-etá ta’ 85 sena.

L-eks difensur ta’ Leeds United kien rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 1966 fejn lagħab għall-club tiegħu xejn inqas minn 21 sena, bejn l-1952 u l-1973. Huwa kien ukoll coach nazzjonali tal-Irlanda bejn l-1986 u l-1996.

Fl-aħħar mumenti ta’ ħajtu kien imdawwar bil-membri tal-familja tiegħu.

Fi stqarrija li ħarġet il-familja stess kienet tgħid:

“B’niket kbir inħabbru l-mewt ta’ Jack fid-dar tiegħu, f’Northumberland, imdawwar bil-membri kollha tal-familja.

“Minkejja dan in-niket ninsabu kburin li Jack ġab ħafna tbissima lil eluf kemm fid-dinja tal-football kif ukoll fil-ħajja personali tiegħu minħabba li kien bniedem eżemplari. Aħna nirringrazzjawh għall-memorji sbieħ li se jħalli warajh.”

Share With: