Titħabbar il-mewt tal-“Maestro” Ennio Morricone

Fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt tal-mużiċist u l-kompożitur Ennio Morricone fl-età ta’ 91 sena.

Huwa miet fil-lejl ta’ bejn il-5 u s-6 ta’ Lulju waqt li kien fi klinika f’Ruma wara xi kumplikazzjonijiet li sofra minn waqgħa.

Il-familja ħabbret li l-funeral se jkun qiegħed jinżamm privat u li dan se jsir b’rispett lejn il-valur tal-umiltà li kien xi ħaġa evidenti ħafna matul ħajtu.

Il-kompożitur Taljan li ta l-kontribut tiegħu f’aktar minn 500 film jibqa’ mfakkar għal diversi unuri li kiseb matul il-karriera tiegħu fosthom Oscar għall-kontribut tiegħu f’The Hateful Eight fl-2015 fost ħafna nominazzjonijiet oħra fis-snin preċedenti.

Magħruf bħala “Maestro” huwa rċieva unur fl-2007 għall-kontribuzzjonijiet fl-arti mużikali fil-films.

Share With: