Tliet players żgħażagħ fir-radar ta’ Milan

AC Milan qed ikomplu bil-politika tagħhom li jakkwistaw players żgħażagħ. L-iscouts ta’ dan il-club min-naħa ta’ fuq tal-Italja qed iħares sew lejn tliet players li jidhru ferm interessanti. Dawn huma l-player ta’ nofs il-grawnd ta’ Sao Paulo Igor Lizeiro, id-difensur ċentrali ta’ PSV Eindhoven Denzel Dumfries u dak ta’ AZ Alkmaar Teun Koopmeiners.

Liziero għandu 22 sena u jilgħab fil-qalba ta’ nofs il-ground filwaqt li għandu passaport Taljan. Huwa għandu klawsola fil-kuntratt li tiswa madwar €50 miljun. Għall-bidu Milan kienu qed jaħsbu li jdaħħlu lil Lucas Paqueta fit-tratattiva iżda dan tal-aħħar ma jridx imur jilgħab ma’ Sao Paulo minħabba li għandu passat mar-rivali Flamengo.

Koopemeiners jixtieq ħafna jingħaqad mar-Rossoneri minħabba li huwa team li jammira ħafna filwaqt li Dumfries jidher li se jkun l-ewwel player li jista’ jagħti l-firma tiegħu lir-Rossoneri.

Il-kap eżekuttiv ta’ AC Milan, Ivan Gazidis, qed jistenna biex jispiċċa l-istaġun u jbiddel kompletament it-team u jħalli kollox fit-tmexxija teknika ta’ Ralf Rangnick.

Share With: