Tliet Sudaniżi jipprovaw jivvjaġġaw bil-katamaran b’dokumenti foloz … jintbagħtu sitt xhur ħabs kull wieħed

Tliet Sudaniżi residenti fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far intbagħtu sitt xhur ħabs kull wieħed wara li ammettew li pprovaw jivvjaġġaw bil-katamaran b’passaport Taljan u permesso di soggiorno li kienu foloz. 

Adam Abdilrahim ta’ 24 sena, Ahmed Ishak ta’ 31 sena u Abdulrani Abdulrahim Abulla ta’ 33 sena kienu mixlija li llum, għall-ħabta tal-5.00 a.m., iffalsifikaw u kellhom fil-pussess tagħhom dokumenti foloz.

It-tliet irġiel, li l-applikazzjoni tagħhom għall-ażil għadha għaddejja, wieġbu li huma ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom, bil-Maġistrat Ian Farrugia jikkundannahom sitt xhur priġunerija kull wieħed.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Lara Butters. L-Avukat Christopher Chircop deher għat-tliet irġiel.

Share With: