Tliet timijiet wara Hector Bellerin

Juventus ingħaqdu ma’ Bayern Munich u Paris St Germain biex jiksbu s-servizzi tad-difensur lemini Spanjol, Hector Bellerin, ta’ 25 sena u jilgħab ma’ Arsenal.

It-tliet clubs rinomati Ewropej se jippruvaw joħorġu b’offerta attraenti biex wieħed minnhom jikseb il-firma tiegħu.

Bellerin ilu ma’ Arsenal sa mis-sena 2013 fejn lagħab 156 partiti u skorja seba’ goals. Fl-istaġun  2013-2014 huwa kien misluf lil Watford. Hu lagħab tliet darbiet mat-team nazzjonali Spanjol.

Min-naħa tiegħu, Bellerin jinsab eċċitat għal avventura ġdida f’xi kampjonat rinomat għalkemm qed iħalli f’idejn ir-rappreżentant tiegħu.

Share With: