Tony Zarb maħtur Aġent Segretarju tal-Għaqda Pensjonanti fi ħdan il-GWU

Wara l-mewt tas-Segretarju tal-Għaqda Pensjonanti f’hdan il-GWU, il-Kumitat f’laqgħa li saret il-Ħamis, 18 ta’ Ġunju 2020 b’mod unanimu ħatar lis-Sur Tony Zarb, eks Segretarju Ġenerali tal-GWU bħala Aġent Segretarju.

Il-Kumitat tal-GWU – Għaqda Pensjonanti, filwaqt li ssellem il-memorja ta’ Sur Tony Busuttil għall-ħidma tiegħu, jirringrazzja lis-Sur Tony Zarb li aċċetta din il-kariga u awguralu aktar ħidma bħala Aġent Segretarju tal-Għaqda Pensjonanti fi hdan il-GWU.

Share With: