Tottenham qed isegwu lil Willian

Tottenham Hotspur qed jaħsbu sabiex jiksbu l-firma tal-winger ta’ Chelsea, Willian.

Huwa għandu 31 sena u jinsab fl-aħħar ġimgħat tal-kuntratt tiegħu mal-Blues. Huwa mhux mistenni jġedded ftehim ieħor mat-team li jilgħab fi Stamford Bridge u ladarba jispiċċa l-istaġun jidher li se jfittex club ieħor.

B’dan kollu f’moħħhom, Tottenham qed jibdew taħditiet mar-rappreżentant tal-player u b’hekk minbarra li jibqa’ fil-belt kapitali Ingliża, ikunu jistgħu jinkluduh fl-iskwdra tagħhom.

Willian kien ingħaqad ma’ Chelsea fis-sena 2013 mingħand Anzhi Makhachkala u minn dak iż-żmien  hu lagħab 231 partita u skorja 31 goal.

Share With: