Tpoġġi fjuri bil-kelma Liverpool fuq il-qabar tal-kuġin tagħha Igor

Il-kuġina ta’ Igor Scicluna, Chantelle Cassar, poġġiet bukketti ta’ fjuri li jiffurmaw il-kelma Liverpool fl-okkażjoni tar-rebħa tagħhom tal-league.

Igor, li miet ħabta u sabta fit-23 ta’ Novembru tal-2013 fl-età ta’ 15-il sena, kien jilgħab il-football u kien fanatiku kbir tal-Liverpool tant li anke dakinhar li sfortunatament ħalla din id-dinja, kien qed jurihom il-goals ta’ dan it-tim.

Issa li l-Liverpool rebħu l-league, il-kuġina tiegħu marret fuq il-qabar tiegħu fejn qalet li tassew tħossha ffortunata li kienet il-kuġina tiegħu u li trabbew qishom aħwa. “Flok birra, ġibnihomlok fjuri. Nittama li tinsab kuntent u gawdejtu kif taf int,” qalet Chantelle filwaqt li żiedet tgħid li se jibqa’ f’moħħhom u f’qalbhom għal dejjem.

F’intervista li kienet saritilha, l-omm kienet irrakkontat kif dakinhar li miet Igor qalilha li dieħel jorqod għax kien qed iħossu għajjien u qalet li kienet l-ewwel darba li qalilha hekk. Sfortuntament ħuh iż-żgħir mar jgħidilhom li Igor kien qiegħed mal-art u deher jieħu l-aħħar nifsijiet. Minkejja li ċemplu l-ambulanza, dan kien kollu għalxejn.

Share With: