Trump iħassar il-konvenzjoni tal-Partit Repubblikan minħabba l-Coronavirus

Il-President Amerikan Donald Trump ikkanċella l-konvenzjoni tal-Partit Repubblikan li kellha ssir fi Florida, minħabba l-Coronavirus. 

“Mhuwiex iż-żmien opportun għal dan,” qal Trump waqt li żied li huwa xorta se jkun qed jagħmel id-diskors tiegħu fuq pjattaforma oħra.Ġie rrappurtat li xi delegati Repubblikani xorta waħda se jinġabru f’Charlotte, North Carolina, il-post oriġinali fejn kellha ssir il-kovenzjoni.Trump kien mexxa l-konvenzjoni għal Florida wara li l-Istat ta’ North Carolina kien introduċa miżuri stretti ta’ distanza soċjali. 

F’konferenza stampa fil-White House, Trump qal li d-deċiżjoni ttieħdet minħabba tħassib dwar is-sigurtà u li ma kienx ikun ġust li jpoġġ eluf ta’ parteċipanti f’periklu.

Share With: