Usain Bolt iħabbar isem it-tifla tiegħu – Olympia Lightning Bolt

Usain Bolt finalment ħabbar l-isem tat-tifla tiegħu xhur biss wara li twieldet.

L-atleta Olimpiku laqa’ lit-tifla tiegħu flimkien mal-partner tiegħu, Kasi Bennett, f’Mejju li għadda, iżda huma ddeċidew Ii jżommu isimha sigriet.

Il-koppja irrifjutaw ukoll milli jaqsmu xi ritratti mal-ammiraturi tagħhom.

Usain offra lill-ammiraturi tiegħu l-ewwel dehra tat-tifla tagħhom f’għeluq snin Kasi f’post fuq Instagram iddedikata lilha.

Bolt li llum jgħodd it-33 sena qasam sensiela ta’ ritratti mill-isbaħ ta’ Kasi liebsa libsa mill-isbah hekk kif kienet qed iżżomm lit-tarbija tagħha f’idejha.

Iżda iktar milli awgura lill-partner tiegħu f’jum għeluq sninha, huwa wkoll żvela isem it-tarbija – dak ta’ Olympia Lightning Bolt.

Fi kliem taħt ir-ritrratt huwa kiteb: “Nixtieq nawgura lit-tfajla tiegħi Kasi f’jum għeluq sninha u nistqarr kemm jien kuntent li qed naqsam dan il-jum speċjali magħha. Ma nixtieq xejn ħlief il-kuntentizza għalik u li se nkompli nagħmel l-aħjar biex inżomm daħka fuq wiċċek.

“Issa bdejna kapitlu ġdid flimken mat-tifla tagħna Olympia Lightning Bolt u qed inħares ‘il quddiem għal dak li l-futur se jkun qed jirregalalna. Iżda ibqa’ żgur li jien se nkun il-blata ta’ din il-familja. Inħobbok u nawguralek ħafna f’jum għeluq il-21 sena tiegħek.”

  •      
  •      
Share With: