Valletta, Birkirkara u Gzira U. jirtiraw mill-PLSC

Valletta, Birkirkara u Gzira United irtiraw mill-Premier League Standing Committee.

Jidher li dawn it-tliet clubs ma kinux fi qbil mal-kumplament tal-clubs l-oħra li jiffurmaw dan il-kumitat bl-affarijiet ikomplu jmorru għall-agħar hekk kif dawn it-tliet clubs urew ix-xewqa li l-Kampjonat Premier jitkompla filwaqt li l-kumplament rieduh jieqaf minħabba l-coronavirus.

Din tista’ titqies bħala aħbar ta’ ħasda għall-football Malti hekk kif tliet clubs ewlenin u meqjusa kbar f’pajjiżna irtiraw minn kumitat li ilu mwaqqaf għal diversi snin.

Share With: