L-Italja fost l-iktar pajjiżi li jingħataw penalties bil-VAR
Skond statistika interessanti li ħarġet, sar magħruf li l-penalties li ngħataw minħabba handball rduppjaw fis-Serie A minn mindu ġie introdott il-Video Assistant Referee magħruf bħala l-VAR. Dan kollu poġġa lill-Italja bħala l-pajjiż fejn ir-referees jagħtu l-aktar penalties fost dawk kollha li jużaw din il-faċilitá teknoloġika.
Matul dan l-istaġun ġew mogħtija 152 penalty fl-ogħla kampjonat Taljan u 46 minnhom kienu minħabba li xi player ikun mess il-ballun b’idu fil-kaxxa.
Mill-banda l-oħra, pajjiżi oħra bħall-Ingilterra u l-Ġermanja naqqsu n-numru ta’ penalties mogħtija matul dan l-istaġun.
L-Italja ilha tuża’ din il-faċilitá tal-VAR għal dawn l-aħħar żewġ staġuni bil-kontroversji li xorta waħda ma naqsux.