Victor Osimhen b’kuntratt attraenti ma’ Napoli?

L-attakkant internazzjonali Niġerjan, Victor Osimhen, huwa dejjem aktar viċin SS Napoli. Ir-rapport qed jgħid li l-kuntratt ta’ dan il-player żagħżugħ jinsab lest u fadal biss l-aħħar dettalji li jridu jiġu konklużi fis-sigħat li ġejjin.
Jidher li se jkun hemm kuntratt li jlaħħaq is-somma ta’ €2.5 miljun flimkien ma’ xi bonuses oħra li qed jiġu mwiegħda.

Min-naħa tiegħu, l-iskorer prolifiku ta’ OSC Lille jinsab ħerqan għal din l-avventura l-ġdida li mistennija tibda matul il-ġimgħat li ġejjin. Il-player se jagħlaq 22 sena f’Diċembru li ġej u ma’ Lille skorja 13-il goal f’27 partita kemm ilu li ngħaqad matul is-sajf li għadda.

Share With: