Victor Osimhen u Gabriel dejjem aktar viċin Napoli

Sa fl-aħħar Napoli jidhru li ftiehmu fuq l-akkwist tal-koppja ta’ Lille, Gabriel u Victor Osimhen, li għandhom jingħaqdu mal-Partenopei fil-ġimgħat li ġejjin. Id-direttur sportiv ta’ Napoli, Cristiano Giuntoli, ftiehem mal-kollega tiegħu minn Lille biex il-club iħares lejn iċ-ċifra ta’ €100 miljun li biha jkunu jistgħu jiksbu ż-żewġ players għall-istaġun li ġej.

Osimhen jiswa madwar €70 miljun u jista’ jsib postu fl-attakk tal-club ladarba jitlaq il-player internazzjonali Pollakk Arkadiusz Milik.

Min-naħa ta’ Gabriel, dan jidher li se jkun il-werriet tad-difensur Kalidou Koulibaly li jidher li sejjer jilgħab fil-Premier League Ingliż.

Il-coach ta’ Napoli, Gennaro Gattuso, irid jibni team kif jixtieq hu u avża lid-diriġenti tiegħu biex jikkuntentawh jekk verament iridu li l-club ikun iktar kompetittiv.

Share With: