Wara l-Maltin l-iktar infettati bil-Covid-19 kienu Indjani li jgħixu f’Malta

Wara l-persuni ta’ nazzjonalità Maltija kienu dawk Indjani li jgħixu Malta l-iktar li ntlaqtu mill-Covid19.

Kien id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone li staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dwar in-nazzjonalita ta’ dawk milquta.

Mill-figuri ppreżentati fil-Parlament irriżulta li bejn is-7 ta’ Marzu u t-2 ta’ Lulju kien hemm 469 Malti u Maltija li mardu bil-virus.

Wara dawk minn Malta ġew dawk mill-Indja b’31 persuna, l-Italja bi 22, is-Sudan bi 18 u l-Filippini u l-Ingilterra bi 12.

Kien hawn ukoll disgħa mis-Somalja, sebgħa mill-Pakistan u Spanja, sitta mill-Gambja, ħamsa minn Bangladesh u s-Serbja, erbgħa miċ-Chad, l-Eritreja, il-Libja u tlieta mill-Kosta tal-Ivorju, il-Marokk u n-Norveġja.

Is-Senegal, l-Etijopja, in-Nepal, in-Niġerja, il-Greċja, il-Portugall, l-Ukrajna u l-Ungerija kellhom żewġ każijiet kull wieħed.

B’każ wieħed kien hawn persuni mill-Iran, l-Irlanda, ir-Russja, il-Ġappun, it-Togo, l-Albanija, l-Istati Uniti, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Bulgarija, il-Kanada, il-Mali, it-Tuneżija, il-Kolumbja, l-Eġittu, in-New Guinea, iċ-Ċina, il-Finlandja, Franza, Sri Lanka, Georgia, l-Alġerija, il-Ġermanja, il-Ghana, Hong Kong, ir-Rumanija, l-Iżvezja u t-Turkija.

Share With: