Waslet l-aħħar siegħa tat-tmexxija ta’ Adrian Delia?

Il-laqgħa tal-lejla tal-grupp parlamentarti Nazzjonalista qiegħda titqies bħala waħda mill-aktar kruċjali għall-futur ta’ Adrian Delia fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. 

Mill-indikazzjonijiet li għandu inewsmalta jidher li għall-ewwel darba jista’ jkun hemm maġġoranza ta’ deputati huma kontra Adrian Delia u li jridu li jitneħħa mit-tmexxija. 

Jidher li din il-pożizzjoni dejjem qiegħda tissaħħaħ aktar wara r-rapporti li qegħdin jiġu ppubblikati dwar l-allegati chats li seta’ kien hemm bejn il-Kap Nazzjonalista u n-negozjant Yorgen Fenech li qed jiġi akkużat li hu l-allegat mandat fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. 

Minflok Delia qegħdin jissemmew ismijiet bħal dawk ta’ Jason Azzopardi, Chris Said, Claudio Grech u anke Mark Anthony Sammut bħala dawk li jistgħu eventwalment jieħdu postu. 

Share With: