Waterpolo: Birżebbuġa jaħsdu lil Marsaxlokk fl-aħħar sessjoni

Ritratt: Dominic Borg

Marsaxlokk·········· 9

Birzebbugia······· 13

(1-1, 5-5, 2-1, 1-6)

F’dak li jista’ jitqies bħala d-Derby tan-Nofsinhar ta’ Malta u li rriżulta bħala wieħed mill-isbaħ, Birzebbugia dehru ttrasformati fl-aħħar sessjoni u ħasdu lil Marsaxlokk meta għelbuhom bl-iskor ta’ 13-9.

U dan meta sa tmiem it-tieni sessjoni, Marsaxlokk kienu qed igawdu vantaġġ ta’ goal. Interessanti huwa l-fatt li għax-Xlukkajri, irnexxielhom isibu x-xibka l-players kollha darba kull wieħed ħlief għall-goalkeeper Ryan Coleiro, Matteo Martellacci u Matthew Pace. Dan filwaqt li l-veteran David Cutajar kien l-aqwa skorer għal Birzebbugia b’ħames goals, b’wieħed minnhom jasal minn penalty.

Il-partita mill-ewwel uriet li kienet se tkun waħda ferm bilanċjata hekk kif l-ewwel sessjoni ntemmet fi draw ta’ 1-1, b’Matteo Cacici jiftaħ l-iskor għal Marsaxlokk filwaqt li David Cutajar minn penalty ġab l-iskor indaqs għal Birzebbugia.

Il-partita kompliet tisbieħ u fit-tieni sessjoni, il-bilanċ bejn iż-żewġ timijiet kompla jiżded hekk kif din intemmet fi draw ta’ 5-5. L-iskorers għal Marsaxlokk kienu Joseph Galea, Otis Zammit, Stephen Micallef, Julian Rizzo Naudi u Michael Cordina.  Dan filwaqt li David Pace Lupi (2), David Cutajar (2) u Matthias Bonnici wieġbu għal Birzebbugia.

Masraxlokk kienu xi ftit aħjar fit-tielet sessjoni u ta’ dan ġew ippremjati meta rebħuha bl-iskor ta’ 2-1, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Rainer Scerri u Benji Lanzon, waqt li Christian Mifsud skorja għal Birzebbugia.

Iżda Birzebbugia wettqu reazzjoni inkredibbli fl-aħħar sessjoni fejn dehru ttrasformati għal kollox u rebħuha bl-iskor kbir ta’ 6-1, b’David Cutajar (2), David Pace Lupi, Simon Vassallo u Russell Spiteri (2) iniżżlu isimhom fil-lista tal-iskorers filwaqt li Timothy Agius skorja l-uniku goal għax-Xlukkajri.

Marsaxlokk 1-Ryan Coleiro, 2-Julian Rizzo Naudi (1), 3-Matteo Martellacci, 4-Michael Cordina (1), 5-Timothy Agius (1), 6-Benji Lanzon (1), 7-Joseph Galea (1), 8-Matthew Pace, 9-Stephen Micallef (1), 10-Rainer Scerri (1), 11-Matteo Cacici (1), 12-0tis Zammit (1), 13-Fredrick Buhagiar – Coach: Joe Cremona

Birzebbugia 1- Marco Rossi, 2-Julian Farrugia, 3-Neil Cassar, 4-David Pace Lupi (3), 5-Christian Mifsud (1), 6-Paul Serracino, 7-Simon Vassallo (1), 8-David Cutajar (5), 9-Matthias Bonnici (1), 10-Max Borg, 11-Russell Spiteri (2), 13-Zachary Farrugia Seychell, 13-Matthew Sladden – Coach: Pierre Borg

Referees: Andrea Baressa, Mario Dalli

Share With: