Waterpolo: Faċli għal Neptunes u Sliema

Ritratt: Christine Borg

Grupp A

Neptunes…………………………………….. 26

Ta’ Xbiex…………………………………………. 3

(8-0, 9-0, 2-2, 7-1)

Wara li ntlagħbet l-Enemed Cup, nhar it-Tlieta ngħata bidu għall-kampjonat tas-sajf tal-waterpolo hekk kif ġew reġistrati rebħiet kbar minn Neptunes u Sliema.

Neptunes xejn ma tħabtu biex għelbu lil Ta’ Xbiex bl-iskor kbir ta’ 26-3, fejn għajr għat-tielet sessjoni li ntemmet fi draw ta’ 2-2, huma ddo­minaw b’mod assolut.

Għal din il-logħba, il-coach ta’ Neptunes, Jovan Popovic, utilizza  players żgħażagħ li s-soltu ftit jingħataw spazju fosthom Alec Fenech, Leandros Calleja u Sebi Busuttil. Dan filwaqt li l-goalkeeper ta’ riserva Benji Busuttil daħal jiddefendi l-lasti sa mit-tieni sessjoni fejn ħa post il-goalkeeper titolari, Alan Borg Cole.

Ta’ nota huwa l-fatt li għal Neptunes irritorna fl-iskwadra Jordan Camilleri hekk kif jidher li rkupra sew minn injury fi spalltu, iżda ma ġiex utilizzat fl-ilma.

Min-naħa l-oħra, il-players ta’ Ta’ Xbiex li huma kważi kollha players ta’ Sliema iżda jinsabu b’self magħhom u qed jilagħbu ma’ dan it-team biex jiksbu l-esperjenza qatt ma setgħu ilaħħqu mal-potenzjal tal-avversarji. Madankollu, żgur li din l-esperjenza li qed jieħdu għad tiswielhom mitqlu deheb.

Neptunes għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-logħba fejn rebħuha bl-iskor kbir ta’ 8-0, bil-goals jaslu mill-captain Stevie Camil­leri (3), Jake Muscat (2), Nikolai Zammit (2) u Mark Castillo.

U jidher li t-team mill-Balluta ma kienx kuntent hekk kif fit-tieni sessjoni skorjaw disgħa mingħajr risposta, bil-protagonisti jkunu Stevie Camilleri (3), Sebi Busuttil (2), Nikolai Zammit, Leandros Calleja, Gabriel Pace u Jeremy Abela.

Konxji li r-rebħa kienet diġá nkisbet, Neptunes, irrilassaw xi ftit fit-tielet sessjoni u fil-fatt inżammu fi draw ta’ 2-2 minn Ta’ Xbiex li f’din is-sessjoni urew xi tip ta’ reżistenza. L-awturi tal-goals għal Neptunes kienu Sebi Busttil u Mark Castillo. Min-naħa l-oħra, Niall Saliba u Gerald Sammut wieġbu għal Ta’ Xbiex.

Iżda fir-raba’ u l-aħħar ses­sjoni, kompliet ix-xalata ta’ goals minn Neptunes hekk kif huma rebħuha b’punteġġ ta’ 7-1 bl-iskorers ikunu Jake Muscat (3), Stevie Camilleri (2), Sebi Busuttil u Alec Fenech.

Min-naħa l-oħra Kieyan Borg skorja l-uniku goal għal Ta’ Xbiex.

Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Jake Muscat (5), 3-Leandros Calleja (1), 4-Gabriel Pace (1), 5-Sebi Busuttil (2), 6-James Spiteri Staines, 7-Stevie Camilleri (8), 8-Jordan Camilleri, 9-Jeremy Abela (1), 10-Nikolai Zammit (5), 11-Alec Fenech (1), 12-Sam Gia­lanze, 13-Benji Busuttil, 14-Mark Castillo (2) – Coach: Jovan Popovic

Ta’ Xbiex: 1-Miguel Vassallo, 2-Matthew Mifsud, 3- Raoul Greco, 4-David Rizzo, 5-Niall Saliba (1), 6-Mark Demarco, 7-Mark Carani, 8-Andrea Mifsud, 9-Kieyan Borg (1), 10-Gerald Sammut (1), 11-Nico Schiavone, 12-Sam Azzopardi, 13-Matthew Farrugia – – Coach: Chris D’Ugo

Referees: Andrea Barretta, Richard Magri

Grupp B

Sliema………………………………………….. 19

Otters…………………………………………….. 3

(2-1, 3-0, 5-2, 9-0)

Friski mis-suċċess tal-Ene­med Cup għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom, Sliema komplew jikkonvinċu u mingħajr ebda tbatija għelbu lill-Għawdxin ta’ Otters bl-iskor kbir ta’ 19-3.

Għalihom spikka ferm Jerome Gabarretta li skorja xejn inqas minn seba’ goals, filwaqt li kellhom logħba tajba wkoll Liam Galea u Jacob Sciberras li rreġistraw hat-trick kull wieħed.

Iżda s-Slimiżi tħabtu iktar milli kien mistenni biex reb­ħu l-ewwel sessjoni  2-1 bl-iskorers ikunu Jerome Gabarretta u Liam galea. Min-naħa l-oħra, Luke Gialanze wieġeb għal Otters.

Fit-tieni sessjoni, Sliema, dehru iktar organizzati u reb­ħuha b’punetġġ ta’ 3-0, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Jerome Gabarretta, Jacob Sciberras u Benji Cachia.

Sliema ttrijonfaw ukoll fit-tielet sessjoni din id-darba  5-2, b’Jerome Ga­barretta (3), John Brownrigg u Michael Spiteri Staines ikomplu jkabbru l-iskor filwaqt li  Luke Gia­lanze u David Zahra irrispondew għal Otters.

Fir-raba’ sessjoni, donnu li kien hemm team wieħed biss fl-ilma hekk kif Sliema ddo­minaw waqt li Otters ikkrollaw għal kollox. Dan hekk kif Sliema skorjaw disgħa mingħajr risposta, b’goals minn Jerome Gabarretta (2), Liam Galea (2), Jacob Sciberars (2), Mark Meli, John Brownrigg u Nicholas Bugelli.           

Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarretta (7), 3- Liam Galea (3), 4-Jacob Sciberras (3), 5-Mark Meli (1), 6-Benji Cachia (1), 7-Michael Spiteri Staines (1), 8-Jake Cutajar, 9-John Brownrigg (2), 10-Jamie Gambin, 11-Zach Mizzi, 12-Nicholas Bugelli (1), 13-Cain Cutajar – Coach: Sergio Afric

Otters: 1-Matthew Xerri, 2-Marc Lanzon, 3-Ray Caruana, 4-Luke Hyzler, 5-Edward Meli, 6-Luke Gialanze (2), 7-Karl Scicluna, 8-Gabriel Mizzi, 9-Daniel Dimech, 10-David Zahra (1), 11-Daniel Tully, 12-Stefan Xerri, 13-Darren Spiteri – Coaches: Claudio Spiteri De Barro,  Dean Camilleri

Referees: Fabio Brasiliano, Neville Mercieca

Share With: