Waterpolo: Rebħa meritata għal Sirens kontra Marsaskala

Ritratt: Dominic Borg

Sirens………………… 7

Marsaskala………..3

(2-0, 2-0, 2-2, 1-1)

Sirens, team kompost minn bosta players żgħażagħ, għelbu l-isfida ta’ Marsaskala bl-iskor ta’ 7-3, f’partita li huma kienu l-aħjar team għal ħinijiet twal u għalhekk din ir-rebħa tista’ titqies bħala waħda meritata. Dan għalkemm l-Iskalin offrew ftit reżistenza,  fit-tielet u r-raba’ sessjoni huma kienu kapaċi jżommu lill-avversarji fi draw ta’ 2-2 u 1-1 rispettivament.

Għal Sirens l-aqwa skorer kien Matthias Azzopardi b’żewġ goals, waqt li għall-Iskalin dan kien Jan Culic li wkoll skorja żewġ goals.

Sirens ħarġu tajjeb u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 2-0, b’Matthias Azzopardi u Jake Ciantar iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers.

It-team minn San Pawl il-Baħar kompla jirriżulta bħala l-aħjar team bil-konsegwenza li  rebaħ it-tieni sessjoni bl-istess skor ta’ dik preċedenti, fejn Matthias Azzopardi reġa’ sab ix-xibka, bil-goal l-ieħor jasal minn Jerome Zerafa Gregory.

Marsaskla irnexxielhom iwettqu reazzjoni tajba fit-tielet sessjoni u żammew lil Sirens fi draw ta’ 2-2 b’goals mill-veteran Paul Privitera u ż-żagħżugħ Jan Culic, filwaqt li Tristan Said u John Napier wieġbu għal Sirens.

Fir-raba’ sessjoni l-Iskalin irnexxielhom iżommu l-istess pass meta għal darb’oħra żammew lit-team minn San Pawil il-Baħar fi draw, din id-darba ta’ 1-1. Jan Culic skorja l-ewwel għal Marsaskala, filwaqt li Matthew Sciberras wieġeb għal Sirens.

Sirens: 1-Owen Gauci, 2-Jake Ciantar (1), 3-Ken Erdogan, 4-Gabriel Mellilo, 5-Jerome Zerafa Gregory (1), 6-Ganni Farrugia, 7-Lucas Falzon, 8-Isaiah Riolo, 9-John Napier (1), 10-Gabriel Sammut, 11-Matthias Azzopardi (2), 12-Matthew Sciberras (1), 13-Mikhael Cutajar, 14-Tristan Said (1) Coach: Marko Orlovic

Marsaskala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Ayrton Camenzuli, 4-Paul Privitera (1), 5-Max Aquilina, 6-Liam Grixti, 7-Kyle Navarro, 8-Malcolm Manara, 9-Luca Felice, 10-Jan Culic (2), 11-Reinhard Attard, 12-Dalton Camilleri, 13-Aiden Muscat Coach: Arpad Babay

Referees: Fabio Brasiliano, Ronnie Spiteri

Share With: