William Bianda se jitlaq lil Roma

Roma huma mistennija li jbiegħu lid-difensur tagħhom William Bianda lill-club Belġjan ta’ Zulte Waregem. Għall-bidu dan il-player se jingħata b’self biex 12-il xahar wara jkunu jistgħu jixtruh għal kollox.

Jidher li diġá hemm ftehim bejn iż-żewġ partijiet.

Bianda huwa kkunsidrat bħala player misterjuż għall-partitarji ta’ Roma meta dan ġie akkwistat sentejn ilu minn ma’ Lens għas-somma ta’ €6.5 miljun iżda bilkemm deher li libes il-flokk Giallorosso. Il-player ta’ 20 sena kellu ħafna injuries u għalhekk lanqas biss deher mat-tim tal-Primavera.

Bianda min-naħa tiegħu deher ferm diżappuntat iżda fiduċjuż li fl-avventura tiegħu fil-Belġju, l-affarijiet ikunu aħjar.

Share With: