Żewġ clubs wara Nicolas Tagliafico

Chelsea u Atletico Madrid qed jirsistu sabiex jiksbu s-servizzi tad-difensur Arġentin ta’ Ajax Amsterdam Nicolas Tagliafico. Dan tal-aħħar għandu 27 sena u spikka ferm kemm ilu li ngħaqad mat-team mill-belt kapitali Olandiża.

Tagliafico lagħab 68 partita ma’ Ajax u skorja sitt goals. Huwa spikka ferm matul l-istaġun li għadda meta għen lit-tim tiegħu jasal sas-semi-finali tal-UEFA Champions League.

Kemm il-Blues kif ukoll il-Colchoneros qed ifittxu li joffru offerta tajba sabiex eventwalment jaċċertaw ruħhom mill-firma tiegħu. 

Tagliafico huwa membru regolari mit-tim nazzjonali Arġentin u fil-passat lagħab ukoll ma’ Banfield, Real Murcia u Indipendiente. 

Share With: