Żewġ players imsemmija ma’ AC Milan

L-aġenti li jirrappreżentaw lid-difensur ċentrali Emerson Royal u l-player ta’ nofs il-grawnd Marc Roca dehru fil-kwartieri ġenerali ta’ AC Milan.

Xnigħat persistenti qed jgħidu li dawn iż-żewġ players jistgħu jingħaqdu mar-Rossoneri fil-bidu tal-istaġun li ġej.

Royal għandu 21 sena u huwa rreġistrat mal-ġganti Spanjoli ta’ Barcelona għalkemm matul dan l-istaġun kien qed jilgħab b’self ma’ Real Betis. Il-Blaugrana qed jitolbu €30 miljun għalih.

Mill-banda l-oħra Roca għandu 23 sena u l-istaġun li għadda lagħab ma’ Espanyol. Minkejja kollox dawn kienu l-aħħar jiem ma’ dan it-tim mill-Katalunja minħabba li sfaw relegati għas-Segunda Division. Hu qed jiġi segwit minn Arsenal.

Ir-Rossoneri bidlu l-pjan kollu wara li se jżommu lil Stefano Pioli bħala coach b’Ralf Rangnick li rrifjuta li jieħu t-tmexxija teknika tat-team.

Share With: