Żvelat il-flokk il-ġdid ta’ Inter

Inter għadhom kemm żvelaw il-flokk il-ġdid li se jkunu qed jilbsu għall-istaġun 2020-21. Skond is-sit elettroniku tal-club, dan l-istil tal-flokk jirrappreżenta l-kultura tal-belt ta’ Milan li fiha hemm valuri u stili versatili. 

Hekk kif il-kuluri tradizzjonali ikħal u iswed jiddominaw, hemm differenza partikolari li l-players u segwaċi ta’ Inter se jkunu qed jaraw minħabba li se jispiċċaw il-linji dritti u minflokhom se jitfaċċaw dak li bl-Ingliż jissejħu zig-zag. 

Scott Munson, li huwa l-viċi-president ta’ ditta sportiva famuża fid-dinja qal li fl-istili ta’ flokkijiet li jkollhom, dejjem jippruvaw idaħħlu xi ħaġa oriġinali filwaqt li jżommu ċerti elementi tradizzjonali.

Share With: