Żviluppaturi se jħallsu għal rapporti ta’ proġetti ta’ kostruzzjoni biswit djar oħrajn

Persuni li joqogħdu biswit siti ta’ kostruzzjoni se jkunu jistgħu jitolbu għal rapport minn perit dwar il-metod statement tal-proġett, bl-iżviluppatur iħallas għar-rapport.

Qalet dan l-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi, hekk kif qalet li l-għan ta’ din l-inizjattiva hija aktar serħan il-moħħ għal sidien ta’ proprjetajiet li jmissu mas-sit li qed jiġi aviluppat. Permezz ta’ din l-iskema terzi persuni li joqogħodu biswit is-sit ta’ kostruzzjoni jistgħu jqabbdu perit biex jifformola rapport ta’ method statement jew dwar il-kundizzjoni tal-proprjetà.

L-iżviluppatur reġistrat mal-MDA sussegwentement ikun obbligat li jagħti rifużjoni tal-ispejjeż tal-perit fuq il-preżentazzjoni tar-riċevuta fiskali.

F’każi fejn il-persuni terzi ma jkunux jistgħu jħallsu l-ħlas tal-perit, allura l-iżviluppatur iħallas lill-perit fuq preżentazzjoni ta’ invoice fiskali.

Il-President tal-MDA Sandro chetcuti qal li l-iżviluppaturi kollha li jifformaw parti mill-assoċjazzjoni se jkunu qed jadottaw din l-iskema. Dawk il-membri li jirrifjutaw li jagħtu rifużjoni tal-ispejjeż jiġu blacklisted mill-assoċjazzjoni.

Share With: